Wallflux iframe - more info 

Arċikonfraternita' ta' San Ġużepp Rabat tal-Imdina

x
Unregistered Wallflux
 
Registered Wallflux? No ads!


Read more about registration here

1 (1 day ago)



51 (4 days ago)
Illum huwa l-Erbgha u jahbat id-19 huwa fatt mgharuf li l-insara dejjem irrikorrew ghand Guzeppi f'dan il-jum jinqalghu grazzji specjali.

San Guzepp ta' qalbek safja itlob ghalina.

Gesu' Marija u Guzeppi kunu l-ferh u l-hena ta' hajti kollha.

Allan Callus:

Amen (4 days ago)


Charmaine Spiteri:

Amen (4 days ago)




28 (2 weeks ago)
Nifirhu ma' Patri Ramon Farrugia OFM nhar il-Hadd 9 ta' Lulju 2017

Adrian Zahra:

Awguri għażiż Fr. Ramon Farrugia Ofm (2 weeks ago)


Antoinette Fava:

Awguri (2 weeks ago)


Marco Schembri:

awguri (2 weeks ago)




37 (3 weeks ago)
Illum il-Parrocca tar-Rabat ticcelebra l-Festa Titulari tal-Martirju ta' San Pawl Aplostlu.

Ahna nawguraw il-Festa t-Tajba lil komunita rabtija.

Għażiż: Jien ngħid għalija, demmi ġa mxerred
b’sagrifiċċju, u żmien it-tluq tiegħi wasal. Tqabadt it-taqbida t-tajba, temmejt il-ġirja, ħarist il-fidi. Mill-bqija hemm merfugħa għalija l-kuruna tal-ġustizzja, li biha f’dak il-Jum iħallasni l-Mulej, l-Imħallef ġust, u mhux lili
biss, imma wkoll lil dawk kollha li jkunu għexu bix-xewqa tad-dehra tiegħu. Il-Mulej, waqaf miegħi u tani l-qawwa, biex bis-saħħa tiegħi, il-kelma tiġi mxandra sa l-aħħar u l-ġnus kollha jisimgħuha. Hekk jien ġejt meħlus minn ħalq l-iljun. Il-Mulej jeħlisni minn kull deni u jħarisni, sa ma nasal fis-saltna tiegħu tas-sema.

2 Tim 4, 6-8. 17-18



59 (3 weeks ago)
30 ta' Gunju 2017 - Sacerdoti Godda

Ir-Rettur, l-ufficjali u l-membri tal-Arcikonfraternita' ta' San Guzepp jifirhu lil Fra Ramon Farrugia ofm u lil Fra Clive Camilleri ofm flimkien ma' erba' djakni ohra li ser ikunu ordnati sacerdoti illejla minn Mons Charles J. Scicluna Arcisqof ta' Malta.

L-Ispirtu talMulej qed jistrieħ fuqi,
L-Ispirtu talMulej ikkonsagrani;
ħa nwassal bxara tajba,
bxara tajba lill-fqajrin,
faraġ u sliem, ħelsien lill-imjassrin.

L-Ispirtu t’għerf u dehen qed jistrieħ fuqi,
idawwal triqti twila, ftit mudlama;
jagħtini għanja ġdida,
x’ngħanni b’ħeġġa lill-bnedmin,
kliem mimli sliem inxandar lil kulħadd.

L-Ispirtu ta’ kuraġġ qed jistrieħ fuqi,
ħa nagħti xhieda ħajja ta’ twemmini;
jislifni l-qawwa tiegħu
biex inxandar kullimkien
l-isbaħ aħbar: is-Saltna ta’ Ġesù.

L-Ispirtu kollu paċi jistrieħ fuqi,
bħal xmara t’hena kbir issawwab fija;
biex fommi jlissen, jgħanni
kliem Ġesù, is-Salvatur,
li fostna ġie iferraħ l-imnikktin.

L-Ispirtu tal-imħabba jistrieħ fuqi,
l-Ispirtu ta’ Ġesù qed iħeġġiġni;
biex bħalu nagħti ħajti,
qalbi noffri lill-bnedmin,
ħa jseħħ issliem, ikollna ferħ dejjiem.

Lynette Cassar:

Awguri mil qalb lil Ramon Farrugia Ofmu Clive Camilleri Ofm nitolbu ghalikom , 3 (3 weeks ago)


Theresa Camilleri:

Awguri. ..God bless. .. 2 (3 weeks ago)


Joyce Abela:

awguri, 2 (3 weeks ago)


Stephania Farrugia Frantz:

Awguri mill-qalb 1 (3 weeks ago)


Salvinu Caruana:

INHOBBUKOM HAFNA. U NITOLBU GHALIKOM. BERKUNA. (3 weeks ago)


Adrian Zahra:

Awguri Hbieb. (3 weeks ago)


Carmen Vassallo:

Proset god bless (3 weeks ago)




16 (3 weeks ago)



12 (3 weeks ago)
29 ta' Gunju - Solennita tal-Martirju tal-Appostli Pietru u Pawlu

Bil-ġmiel u l-ferħ tad-dawl qaddis li xxerred
imlejt id-dinja kollha, jum imbierek,
u sa s-smewwiet żejjint bil-ġieħ u l-glorja
tal-martri kbar li llum qegħdin infakkru.

Għax Pietru, li ħa s-setgħa ta’ l-imfietaħ,
u Pawlu, li ta ‘l-ġnus tagħlim il-ħajja,
b’rebħa ta’ l-għaġeb bis-salib u x-xabla,
idawwlu ż-żmien u l-art bħal xmux qawwija.

Int hienja, Ruma, li sebbaħt ħitanek
bid-demm għażiż ta’ prinċpijiet hekk għolja:
għax kienu l-merti tagħhom, mhux ġrajjietek,
li minnek għamlu l-ġawhra tal-bliet kollha!

Appostli kbar, kolonni sħaħ tal-Knisja,
għallmuna ngħixu b’fidi, tama u mħabba,
agħtuna l-qawwa fit-taqbida t-tajba,
ħa ntemmu l-ġirja, w niksbu l-ħajja magħkom.

Lit-Trinità qaddisa, Alla wieħed,
tifħir u sebħ jingħata, ġieħ u qawwa,
u lilu waħdu s-setgħa fuq il-ħlejjaq,
kif kien mill-bidu, issa w jibqa’ għal dejjem. Ammen.

George Dandies:

Amen (1 day ago)




8 (3 weeks ago)

16 (1 month ago)
The feast of St Joseph is celebrated by the religious community of the Francisan Minors and the Rabat residents. It is one of the earlier feasts celebrated i...



22 (1 month ago)
Nawguraw Jum il-Missier t-tajjeb lil missirijiet kollha, u dawk l-persuni kollha li jaqdu b'imhabba il-missjoni tal-paternita'. Nitolbu biex San Guzepp ikun ezempju haj u qaddis f'din il-missjoni tant kbira taghkom.

Talba lil San Ġużepp

Imqaddes Ġużeppi, int li ġejt magħżul minn Alla sabiex taqdi l-missjoni għolja bħala għarus ta’ Marija u miżmum bħala missier sidna Ġesù Kristu, lilek kien jixraq li tiġi maħtur bħala patrun tal-Knisja, biex kif ħarist u għassist dejjem il-persuna ta’ Kristu fuq l-art, hekk ukoll issa tħares u tgħin lill-Knisja tiegħu. Agħmel li ngħożżu u nitħarrġu fil-virtujiet sbieħ tiegħek, speċjalment il-fidi, it-tama u l-imħabba. Agħti lill-familji, għaqda u paċi; lis-saċerdoti, umiltà u qdusija; lill-ħaddiema, bżulija u xogħol; liż-żgħażagħ, għaqal u safa; lit-tfal, tjubija u innoċenza; lill-foqra, għixien u sabar; lill-morda, fejqan u tama; u lill-moribondi, kuraġġ u mewta tajba. F’ġieħ Kristu sidna. Ammen.

Carmen Cilia:

Awguri lill missirijiet kollha! (1 month ago)



Read more posts of Arċikonfraternita' ta' San Ġużepp Rabat tal-Imdina on Facebook - Go to Wallflux.com and learn how to display a Facebook-wall on your website, too!